Kommemorazzjoni ta’ Mikiel Anton Vassalli

/

Din is-sena jaħbat il-250 sena mit-twelid ta’ Mikiel Anton Vassalli, meqjus bħala Missier l-Ilsien Malti. Skular u patrijott kbir li ħadem bis-sħiħ biex Malta u l-Malti jkunu rikonoxxuti u rispettati u bata’ mhux ftit minħabba l-fehmiet tiegħu. L-Għaqda Każin Banda San Filep AD 1851 kienet l-ewwel din is-sena li fakkritu waqt serata mtella’ f’ġieħu nhar […]

Read more »

STATUA ARGENTEA – Simposju u Ktieb

/

Fl-1860 iż-Żebbuġin ddeċidew li jagħmlu statwa tal-patrun biex tibda tinħareġ fil-purċissjoni nhar il-festa ta’ San Filep fit-12 ta’ Mejju. Sa mill-1724 il-qofol ta’ din il-purċissjoni kienet ir-relikwa tal-qaddis li nġabet minn Aġira bil-għajnuna tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Qabel aktarx kienet tinħareġ xbieha mpittra. Beda l-ġbir għall-istatwa u dawk responsabbli bdew iwebblu ‘l-poplu biex minflok […]

Read more »

Serata Memorabbli mill-Banda San Filep

/

Is-Sibt 18, fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Universitá, il-Banda San Filep esegwiet programm mużikali mill-isbaħ. Bdiet bl-Innu Popolari lil San Filep, kompliet b’għadd ta’ siltiet qosra meħudin mill-Oratorio “San Filep Sebħ Aġġira” ta’ Richard Bugeja, mill-“Inno A San Filippo d’Agira” ta’ Orlando Crescimanno, mill-Cantata “Filep” ta’ Ray Sciberras, mill-Eleġija “In Sepulcrum” ta’ Adeodato Gatt u mill-Lyric […]

Read more »

Rappreżentazzjoni ħajja tal-Vjatku mis-St Philip Pageant Group

/

Minbarra l-konnessjoni diretta mal-Għaqda tal-Banda San Filep, Dun Luret baqa’ magħruf għall-ħidmiet pastorali tiegħu fost il-poplu Żebbuġi. U minn fost dawn, l-aktar li baqa’ mfakkar kien għall-impenn kbir tiegħu biex jieħu l-vjatku lill-moribondi f’kull ħin tal-jum jew tal-lejl, xitwa u sajf. Għal din ir-raġuni s-St. Philip Pageant Group fi ħdan il-Kummissjoni Kultura tal-Għaqda Każin Banda […]

Read more »

Serata Mużiko-Letterarja f’Ġieh Dun Luret Callus

/

Nhar is-Sibt 6 t’Ottubru 2012 filgħaxija, udjenza numeruża ħafna segwiet b’attenzjoni l-programmm ta’ serata ħelwa mżewqa b’mużika, kant, filmati, features u intervisti. Minkejja li l-programm qabeż is-sagħtejn, in-nies baqgħu sa l-aħħar u wara bosta kkummentaw li sabuh interessanti, varjat u bilanċjat tajjeb. L-okkażżjoni kienet it-tifkira tal-ħamsin sena mill-mewt ta’ Dun Luret Callus eks-President u Direttur […]

Read more »

Inawgurazzjoni tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

/

Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, Mons Ġwann Azzopardi fetaħ uffiċjalment il-wirja kbira tal-Ġimgħa Mqaddsa fi tmiem programm kulturali mżewwaq li sar quddiem sala mimlija daqs bajda fl-istess każin. Tqassam ukoll ktejjeb annwali ippublikat għal din l-okkażjoni, b’tagħrif marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tul dan il-programm daqqet il-Banda taż-Żgħażagħ tal-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael […]

Read more »
Frans Sammut

Serata f’ġieħ l-Awtur Frans Sammut

/

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fis-sala tal-Għaqda Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ ittellgħet l-ewwel serata f’ġieħ il-mibki kittieb Frans Sammut. Is-sala li fi snin imgħoddija kienet tintuża bħala ċinema, kienet mimlija daqs bajda bin-nies li attendew għal din is-serata. Kienet serata li fiha nqraw u tkantaw xi xogħolijiet ta’ Sammut. Il-qari u l-kant alternaw biex […]

Read more »

Première tal-Cantata ‘Filep’ u tal-Oratorio ‘San Filep’

/

Il-Banda San Filep qed tagħmel suċċess wara l-ieħor. F’Mejju li għadda fi soiree d’honneur ad unur is-Sopran Joan Mangion fl-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta, daqqet wieħed u għoxrin silta mużikali li jvarjaw minn selezzjonijiet operistiċi sa kanzunetti klassiċi u kompożizzjonijiet ġodda. Dan l-aħħar f’għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-160 sena mit-twaqqif tagħha l-Banda San Filep tatna […]

Read more »
Kunċert Strumentali mill-Banda fl-Okkażjoni tal-160

Kunċert Strumentali mill-Banda fl-Okkażjoni tal-160

/

Il-Banda San Filep taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Richard Bugeja FLCM, FVCM(Hons.), għamlet kunċert mużikali mill-aqwa taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru l-Onor. Dr Lawrence Gonzi, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju 2011 fl-okkażjoni tal-160 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Minbarra l-innijiet ta’ San Filep, tal-banda u dak nazzjonali, indaqqu żewġ kompożizzjonijiet sbieħ ta’ surmastrijiet tagħha u erba’ ta’ kompożituri ta’ […]

Read more »

Is-Sur Carmelo Zammit

/

Is-Sur Carmelo Zammit magħruf bħala Ta’ Xafrin twieled Ħaż-Żebbuġ u kien jgħix fid-dar № 3 fi Triq Manoel. Carmelo kien negozzjant kbir tal-qoton u kellu ’l fuq minn mitejn ħaddiem jaħdmu f’dan ix-xogħol. Miegħu kienu jaħdmu xi Għawdxin u minflok jagħtihom il-paga, Carmelo kien jipprovdilhom post fejn jorqdu u jagħtihom l-ikel b’xejn. Hu kien ta […]

Read more »

Il-Purċissjoni ta’ San Filep mit-tfal ta’ Ħaż-Żebbuġ

/

Wara li għal aktar minn għoxrin sena il-Banda San Filep kienet tieħu sehem bil-bandisti tagħha tal-post f’din il-purċissjoni li kienet tkun organizzata mill-familja ta’ wieħed mill-membri tagħha fi Triq il-Madonna u Misraħ Ħal Dwin, minn erbgħa snin ‘l hawn ħadha f’idejh il-Klabb Tfal ta’ l-Istilla. Ftit wara li twaqqaf, dan il-klabb fi ħdan il-Għaqda Każin […]

Read more »

SOIRÉE d’HONNEUR f’ġieħ is-Sopran Joan

/

Is-Sopran Joan Mangion saħħret lill-udjenza li mliet l-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta waqt serata f’ġieħha nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2011, bħala ċelebrazzjoni tal-25 sena karriera tal-kant tagħha. Is-serata kienet taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru L-Onor. Dr lawrence Gonzi u għaliha attendew ukoll bosta dinjitarji fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni L-Onor Dr Joseph Muscat, il-Prim Imħallef […]

Read more »

Wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

| Leave a Comment

Is-sitt wirjiet fil-Każin Banda San Filep, 12, Misraħ San Filep, Ħaż-żebbuġ jiġu inawgurati nhar il-Erbgħa 13 ta’ April 2011 fis-7:30pm mill-Ministru tal-Edukazzjni l-Onor Dolores Cristina u jkunu miftuħa għall-pubbliku mill-Ħamis 14 sal-Ġimgħa 22 t’April 2011, mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sa l-22.00 (sal-23.00 nhar Ħamis ix-Xirka). Isiru arranġamenti oħra għal gruppi li jikkuntatjawni xi ġranet […]

Read more »

Akkadmja Mużiko-Letterarja F’ġieħ Dun Karm Psaila

Il-Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 li din is-sena qed tiċċelebra il-160 sena mit-twaqqif tagħha, fakkret il-50 sena mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali li kien ukoll President Onorarju tagħha, b’akkademja mużiko-letterarja, nhar is-Sibt 19 ta’ Frar 2011, fis-sala Mayfair tal-istess każin, Ħaż-Żebbuġ. Il-kelliema kienu il-Profs Oliver Friggieri, il-Profs Peter Serracino Inglott, Frans Sammut u Dr Godfrey Farrugia. […]

Read more »

Luigi Fontana jibqa’ magħna 100 sena wara mewtu

/

Luigi Fontana twieled fir-raħal żgħir ta’ madwar 2300 ruħ, imsejjaħ Monte San Pietrangeli (Monsapietrangeli) fid-29 ta’ Marzu tal-1827 u miet fl-istess raħal twelidu fit-18 ta’ Diċembru tal-1908. Jibqa’ magħruf bħala artist Neo-Klassiku permezz tax-xogħlijet tiegħu madwar l-Italja kollha, fl-iskultura, fil-pittura fuq it-tila biż-żejt u t-tempera, bħala arkitett u anke bħala restawratur. Il-familja Fontana li oriġinarjament […]

Read more »

Protest Ġudizzjarju mill-Għaqda Każin Banda San Filep lill-Banda De Rohan

/

Fl-ewwel paragrafu ta’ artiklu miktub mis-Segretarju tal-Każin San Ġużepp, Banda De Rohan li deher f’paġna 19 ta’ Leħen il-Kunsill Lokali, ħarġa ta’ Lulju 2010,inkiteb hekk “Kien fl-1860, li f’Ħaż-Żebbuġ twaqqfet l-ewwel banda fil-gżejjer Maltin u Għawdxin – il-Banda De Rohan.” Din il-pożizzjoni qed tiġi ripetuta fuq billboards u kartelluni kbar li l-Każin San Ġużepp, Banda […]

Read more »

Qalb Żagħżugħa, Festi Inklussivi

/

Numru ta’ żgħażagħ mill-Għaqda Każin Banda San Filep attendew għall-konferenza nazzjonali dwar iż-żgħażagħ u l-festi. F’din l-attività’ saru mat-3 seminars fejn fihom saru xi workshops bejn diversi każini tal-baned. Fihom ġew diskussi x’inhu qiegħed isir fil-festi lokali u fejn nistgħu ilkoll ntejbu livell ta’ dawn il-festi. Kull każin kellu l’opportunita’ sabiex jesprimi l-opinjonijiet u l-ideat […]

Read more »
To top