Loading...
Malti

SOIRÉE d’HONNEUR
F’ġieħ is-Sopran Joan Mangion
Bl-akkumpanjament tal-Banda San Filep:
Ċelebrazzjon ta’ 25 Sena Karriera ta’ Kant

Get Microsoft Silverlight

Is-Sopran Joan Mangion saħħret lill-udjenza li mliet l-awditorju Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta waqt serata f’ġieħha nhar is-Sibt 21 ta' Mejju 2011, bħala ċelebrazzjoni tal-25 sena karriera tal-kant tagħha. Is-serata kienet taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru L-Onor. Dr lawrence Gonzi u għaliha attendew ukoll bosta dinjitarji fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni L-Onor Dr Joseph Muscat, il-Prim Imħallef Dr Silvio Camilleri, Imħallfin, il-Kanċillier tal-Università, membri parlamentari u mistednin distinti oħra. Is-sur Chares Abela Mizzi ippreżenta b’mod tassew ħelu u eleganti

Il-Banda San Filep ħarġet bl-unuri fl-eżekuzzjoni ta’ tmintax-il silta mużikali impenjattivi li varjaw minn klassiku u semi-klassiku għal opra u operetta, minn valzi għal kanzunettiti. Erba’ minn dawn is-siltiet kienu kompożizzjonijiet oriġinali tas-surmast direttur Mro Richard Bugeja F.L.C.M., F.V.C.M. (Hons.). Minn dawn ta’ min insemmu l-Ave Maria u l-Concert Waltz Jubilation li intogħġbu wisq. Il-presentatur kellu kummenti sbieħ ħafna għal banda, s-surmast u l-kantanta u l-udjenza kkonfermat li kienet ta’ l-istess fehma bl-applawsi ħerqana.


Joan Mangion bdiet il-karriera tal-kant liriku mal-Banda San Filep f'Ħaż-Żebbuġ u tul il-ħamsa u għoxrin sena li għaddew hija qatt ma falliet l-appuntament ta' lejliet il-festa ta' San Filep fuq il-planċier tal-Banda San Filep. Kien għalhekk li l-kumitat ta' din il-banda laqa' bi pjaċir l-istedina ta' Mangion biex iddoqqilha f'dan il-kunċert kbir li ħabat ukoll mal-160 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda San Filep.


Is-siltiet li ndaqqu kienu:
● INNU ĊIVIKU ŻEBBUĠI - Philip Gatt/Pawlu Mifsud
TRAVIATA - “Addio, del passato bei sogni ridenti” -Giuseppe Verdi
● OVERTURE – LUSTSPIEL
- K. Bela
● GIANNI SCHICCHI – “O mio babbino caro” - Giacomo Puccini
● CARMEN – “Habanera” - Georges Bizet
● INTERMEZZO - Richard Bugeja
● AVE MARIA - Richard Bugeja
● CATS – “Memories” - Andrew Lloyd Webber
● OVERTURE – THE LONELY MILL - H. Lancaster
● ĦIENJA - Richard Bugeja
● THE MERRY WIDOW – “You are my Heart’s Delight” - Franz Lehar
● JUBILATION - Concert Waltz - Richard Bugeja
● AVE MARIA - Charles Gonoud
● INNO A SAN FILIPPO D’AĠĠIRA – “Ward Sabih illi jiftah bl-imhabba” - Orlando Crescimanno
● CANTA ITALIA - F. Francia
● O SURDATO ‘NNAMURATO - Andre Califano/Enrico Cannio
● UN AMORE COSI` GRANDE - G.M. Perilli/A.Maggio
● INNU NAZZJONALI - Robert Samut/D. Karm Psaila

pdf Programm u taghrif dwar il-muzika.


Kitba ta' Philip Balzan ©