| Fit-3 ta Ġunju 1906, Carmelo Zammit kien ħallas lil Francesco Galea s-somma ta’ Lm9.06s (€10.70) li kienet tinkludi x-xogħol u l-ispejjeż tal-materjal, biex saru wieħed u tletin uniformi għall-bandisti tal-Banda San Filippo.2c Ġieli wkoll kien jibagħt il-banbisti għand il-ħajjat Felic Agius (Tat-Twil). B’inizjattiva tal-President Carmelo Zammit u l-membri tal-Kumitat tal-Filarmonika San Filippo, l-aħwa Żaren u Filippo Felice (Ta’ Faruni) li kienu negozzjanti tal-inbid u li kellhom il-fabbrika biswit il-Knisja tal-Anġli, pprovdew ir-residenza № 290, Strada Reale, Ħaż-Żebbuġ, lis-Surmast Taljan Angelo Melilli biex jiġi joqgħod fiha mal-familja tiegħu. Qabel, dan is-Surmast kien joqgħod fid-dar № 69, Strada Bongiorno, Bormla. |
 Ir-residenza № 3, fi Triq Manoel |