1. Ċelebrazzjonijiet speċjali
    • CD ġdida: Fil-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet speċjali fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-wasla tal-istatwa tal-fidda ta’ San Filep l-Għaqda Każin Banda San Filep ħarġet CD ġdida b’mużika sagra jew proċessjonali, qassma f’żewġ partijiet:
    • Parti Orkestrali: b’ensemble ta’ 5 vjolini, vjolinċell, kuntrabaxx u strumenti oħra mill-banda.Tinkludi l-Innu Popolari, il-Preghiera , Bil-Glorja tal-Mirakli u l-Antifona Int Ħriġt Rebbieħ, it-tnejn ta’ Mro Richard Bugeja; l-antifona Per S. Filippi Argyiensis ta’ Mro Carlo Diacono.
    • Parti bil-Banda: tinkludi l- innu ġdid Sliem Għalik, Filippu Kullimkien ta’ Mro Richard Bugeja versi ta’ Pawlu Mifsud, Allelulja mill-musical ir-Rebbieħ, kompożizzjoni ta’ Chan Vella u arranġament ta’ Joe Brown, l-innu marċ Ġieħ lill-Banda Ewlenija versi ta’ Philip Agius, l-innu marċ Ġieħ lil San Filep versi ta’ Pawlu Mifsud u żewġ marċi ġodda proċessjonali, it-tnejn mużika ta’ Mro Richard Bugeja, L-Innu l-Kbir ta’ Mro Orlando Crescimanno u L-Innu tal-Banda San Filep. Ħadu sehem mal-banda t-tenur Joseph Aquilina, is-sopran Joan Mangion, il-baritonu Ivan Vella, il-kantanta Albertine Abela u l-kor Mirabitur ta’ Simone Attard.
    • Kunċert Mużikali:: mill-Banda San Filep akkumpanjata mill-Kor Santa Monika, mis- sopran Joan Mangion, t-tenur Joseph Aquilina, l-baritonu Alfred Camilleri u l-kantanta Albertine Abela. Sar fit-18 ta’ mejju 2013, fis-sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta. F’dan il-kunċert iżżanżan l-Oratorju “Il-Ħolma taż-Żebbuġin” kitba tal-Imħallef Emeritus Dr Philip Sciberras, kompożizzjoni ta’ Mro Richard Bugeja.
    • Simposju: Fil-31 ta’ Mejju 2013, fis-sala prinċipali tal-każin sar simposju fuq l-istatwa ta’ San Filep, li fih tkellmu Dr Philip Sciortino, Dr Simon Mercieca, il-Prof Marisa Calista u Mark Sagona. Tnieda wkoll il-ktieb STATVA ARGENTEA.
    • Ktieb speċjali “STATVA ARGENTEA”: ġie mitbugħ b’mod professjonali għall-aħħar. Fil-256 paġna tiegħu hemm kitbiet storiċi u akkademiċi kif ukoll bosta ritratti, uħud minnhom bil-kulur. Il-kittiba u s-suġġetti li kitbu dwarhom huma:
      • Dr Philip Sciortino – Storja Ġenerali;
      • Prof Keith Sciberras – Rome-Malta: A two-hundred year context for artistic commissions from Rome;
      • Prof Marisa Calisti – TommasoMinardi, la sua scuola, i suoi allievi Maltesi;
      • Prof Giovanna Capitelli – Sotto il segno di Tommaso Minardi: Luigi Fontana sulla scena artistic Romana di metà Ottocento;
      • Dr Mark Sagona – The significance of Luigi Fontana’s St Philip of Agira in the context of 19th century Art in Malta;
      • Dr Simon Mercieca – Ħarsa Ġenerali lejn l-Istatwi Proċessjonali Maltin bħala Metafora Politika: L-Istatwa ta’ San Filep u l-Purċissjonijiet Reliġjużi ġewwa Ħaż-Żebbuġ matul is-Seklu Dsatax;
      • Raymond Saliba – Żvilupp tal-Ikonografija ta’ San Filep t’Aġġira f’Malta;
      • Prof Oliver Friġġieri – Ħaż-Żebbuġ u r-Ruħ Nazzjonali.
  2. Fiċ-Ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-2013 spikkaw:
    • L-Erbgħa 29 ta’ Mejju 2013, il-purċissjoni ta’ San Filep mit-tfal, akkumpanjata minn grupp ta’ daqqaqa mill-Banda taż-Żgħażagħ flimkien ma aljievi;
    • L-ikla kbira li saret is-Sibt 1 ta’ Ġunju, lejlet il-ħruġ min-niċċa li reġgħa kellha attendenza kbira. Iddivertew lin-nies il-kantanta tal-Country Marisa D’Amato, Joe Demicoli u kantanti żgħażagħ;

IMG_6739 IMG_6745 IMG_6849 IMG_7112 IMG_7123 IMG_6419 IMG_6462 IMG_6478

  • Fil-bidu tal-marċ tat-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2013 mill-Banda Santa Marija tal-Qrendi infetħet l-imrewħa kbira li żanżnu ż-żgħażagħ is-sena ta’ qabel u issa tlestiet mill-pittura – xogħol iż-żgħażugħ bravu Joe Tanti. Il-kobor tagħha mela l-pjazza – aktarx hija l-akbar imrewħa ta’ dan it-tip f’Malta.
  • Fi tmiem l-istess marċ intwera feature ta’ 30 minuta mtella’ mis-Sezzjoni Żgħażagħ fuq skrin kbir fi Triq Sciortino. Irrakkonta fil-qosor l-istorja tal-istatwa tal-fidda li għalqgħet 150 sena fostna. Minkejja l-frisk il-folla baqgħet issegwi sa l-aħħar.
  • Il-marċ tat-tieni tridu tal-festa, nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2013 reġa’ sar fil-forma ġdida billi f’nofsu l-Banda San Filep għamlet kunċert ta’ mużika popolari u mill-films. Imbagħad fl-aħħar siegħa l-banda mxiet minn ħdejn il-knisja tad-Duluri sal-każin fost il-briju li soltu jagħmlu ż-żgħażagħ. Minkejja l-ksieħ mhux tas-soltu n-nies imliet il-pjazza u Triq Sciortino tul it-tliet sigħat tal-attività. Fi tmiem il-marċ sar ħruq tan-nar tal-art mis-St Philip Fireworks Factory.
  • L-spettaklu tan-nar tal-art mekkanizzat li sar nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju, jum it-tieni tridu, reġa kien fih bosta rdieden ġodda li ġibdu l-attenzjoni tal-ammiraturi tan-nar għall-varjetà u l-oriġinalità tagħhom. Ħadmu kollha bla difett.

IMG_7286 IMG_7393 IMG_7437 IMG_7445 IMG_7457 IMG_7774 IMG_8026

  • Il-programm mużikali ta’ lejlet il-festa mill-Banda San Filep kien fih għażla sabiħa u varjata ta mużika, fosthom tlett kompożizzjonijiet ta’ Verdi. Ippreżentaw il-programm Grazziella Attard u Tanya Borg. Għal aktar minn sagħtejn, minbarra l-mużika kellna spettaklu kbir u kontinwu ta’ nar tal-ajru tal-kulur mill-isbaħ maħruq bis-sitema kompjuterizzata fire-one.
  • Jum il-festa beda bl-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca imexxi l-konċelebrazzjoni tal-quddiesa solenni tal-festa li bdiet fit-8.00am. Fr Philip Cutajar, Kapuċċin niseġ il-paniġierku b’mod tassew sabiħ lu mqanqal.
  • Fi tmiem din il-quddiesa, fl-10.ooam beda l-marċ ta’ fil-għodu li fi tmiemu ġibed baħar ta’ nies bil-folla timla l-pjazza, il-parti t’isfel ta’ Triq Sciortino u parti minn Triq il-kbira.
  • Filgħaxija tlett baned mistiedna mill-Għaqda Każin Banda San Filep ferrħu lill-popla li mela ċ-ċentru tar-raħal sa minn qabel ma ħarġet il-purċissjoni. Bejn is-6.00pm u l-10.00pm daqqew fil-pjazza l-Baned Pinto ta’ Ħal-Qormi u Queen Victoria taż-Żurrieq. Bejn id-9.00pm u nofs il-lejl qaddgħet il-Banda San Bartilmew tal-Għargħur. Il-programm tan-nar tal-ajru mżewwaq mis-St Philip Fireworks Factory li akkumpanja l-purċissjoni mill-ħruġ sad-dħul. Wara l-barka sar il-marċ ta’ l-aħħar jew kif inhu magħruf ukoll, ‘tan-nar’ mill-Banda San Bartilmew.

IMG_8587 IMG_8743 IMG_8759 IMG_8861 IMG_8218 IMG_8418