1. © Drittijiet ta’ l-awtur: Is-sit www.bandasanfilep.com.mt , l-artikli, disinni, grafika u elementi oħrajn m’humiex imsemmijin speċifikament hawn iżda li jidhru f’dan is-sit, huma protetti bid-drittijiet ta’ l-awtur. Kull dritt miżmum, ikkopjar ta’ dawn l-elementi elettroniċi imsemmijin hawn fuq, huwa pprojbit, ħlief jekk bil-permess bil-miktub tal-Għaqda Każin Banda San Filep. Kull element elettroniku, grafika, ritratti jew kitbiet preżenti fuq din il-website jaqgħu taħt id-drittijiet ta’ l-awtur. Copyright © 2015 St Philip Band Club All Rights Reserved.
  2. Intenzjonijiet:
    1. Il-bandasanfilep.com.mt tiddikjara li l-intenzjonijiet ta’ dan is-sit u s-servizzi offruti m’ humiex li, b’xi mod, tikkawża ħsara morali jew danni lill-udjenzi tal-website ta’ kwalunkwè tip.
    2. Iżda l-bandasanfilep.com.mt tiddikjara, fid-dawl tal-klawsola 2.1, li ma tagħti l-ebda garanzija fuq l-użu jew servizzi oħrajn ta’ dan is-sit.
    3. Konsegwenzi ta’ l-użu: L-Għaqda Każin Banda San Filep tiddikjara li ma tiehu l-ebda responsabbiltà għall-allegazzjonijiet ta’ ħsara kkawzata mill-użu ta’ dawn s-servizzi, offruti fuq dan is-sit.
  3. Dikjarazzjonijiet:
    1. Il-“bandasanfilep.com.mt ” hija delegat elettroniku għas-servizzi online għall-Għaqda Każin Banda San Filep, u hija proprjetà ta’ din l-istess għaqda.
    2. Uzu: l-uzu ta’ din is-sit elettroniku m’huwa ristrett, bl-ebda mod, għal xi gruppi partikolari; imma l-Għaqda Każin Banda San Filep tiddikjara li l-ghanijiet ewlenin ta’ dan is-sit huma: informazzjoni dwar il-għaqda, tagħrif ġenerali, u attivitajiet li l-istess għaqda itellgħha matul is-sena. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn s-servizzi għandhom jitqiesu bħala privileġġ, aktar milli bħala dritt. l-Għaqda Każin Banda San Filep iżżomm id-dritt li twaqqaf dan s-servizz mingħajr ebda konsultazzjoni.
    3. Billi tagħmel użu minn dan is-sit elettroniku u s-servizzi offruti, inti qiegħed/qiegħda tagħmel dan mingħajr ma qiegħed/qiegħda tkun nfurzat/a, iżda b’għażla ħielsa tiegħek, u qiegħed/qiegħda tagħmel dan fid-dawl ta’ dawn il-klawsoli. L-użu konsistenti ta’ dan is-sit u s-servizzi l-oħrajn kollha offruti minn fuq dan is-sit, ifissru awtomatikament li inti taqbel u taccetta dawn il-klawsoli.
    4. L-Għaqda Każin Banda San Filep tiddikjara li tħaddan u żżomm prinċipji ta’ kunfidenzjalità u privatezza, b’kull tip ta’ informazzjoni dwar l-udjenzi tagħna, miġburin minn dawn s-servizzi. Iżda tiddikjara wkoll li din il-parteċipazzjoni ma hijiex sfurzata, iżda riżultat tal-għażla ħielsa mill-udjenzi tagħha.
  4. L-att dwar il-Privatezza u S-Segretezza Personali:
    1. L-Għaqda Każin Banda San Filep, tiddikjara li tirrispetta s-segretezza u l-privatezza personali. Għaldaqstant, kull materjal miġbur minn fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda, huwa ttrattat b’mod kunfidenzjali.
    2. L-Għaqda Każin Banda San Filep iżżid, ma’ klawsola 4.1, li indirizzi e-mail ta’ l-individwi li jkunu abbonaw fis-sistema ta’ newsletters, jew li jkunu ikkorrispondew magħna, jintuzaw biss sabiex jintbagħtu newsletters, u għal ebda skopijiet oħrajn.
    3. Abbonament fis-sistema tan-newsletters, jista’ jsir mill-paġni rispettivi, iżda wieħed huwa liberu li johrog mill-abbonament meta jixtieq hu.
    4. Rigward il-kontenut tan-newsletter, l-Għaqda Każin Banda San Filep tissuġġerixxi li dejjem jintuza anti-virus tajjeb u effiċjenti, u jkunu skannjati (scanned) il-files kollha li jitniżżlu minn fuq is-sit tagħha.