Qalb Żagħżugħa, Festi Inklussivi

KonferenzzaNazzjonali-3

Numru ta’ żgħażagħ mill-Għaqda Każin Banda San Filep attendew għall-konferenza nazzjonali dwar iż-żgħażagħ u l-festi. F’din l-attività’ saru mat-3 seminars fejn fihom saru xi workshops bejn diversi każini tal-baned. Fihom ġew diskussi x’inhu qiegħed isir fil-festi lokali u fejn nistgħu ilkoll ntejbu livell ta’ dawn il-festi. Kull każin kellu l’opportunita’ sabiex jesprimi l-opinjonijiet u l-ideat tiegħu. F’dawn l-attivitajiet ħarġu diversi punti li wara tressqu għall-konferenza li għaliha attendew l’Hon. Tagħha, il-President ta’ Malta, xi rappreżentanti tal-Kurja Arċiveskovili u diversi attivisti u ġurnalisti li huma sinonimi ma dawn il-Festi u anka mal-media. Saru ukoll xi survey man-nies sabiex jiġi studjat kif jaħsibha l-poplu fuq dawn l-attivitajiet kulturali ta’ pajjiżna. Dawn il-laqgħat servew sabiex nkomplu dejjem intejbu l-ħidma tagħna mal-komunità’ Żebbuġija filwaqt li anka bħala soċjetajiet, nkomplu dejjem naħdmu flimkien.

To top